l-istejjer strambi u inqas strambi ta' dan l-annimal simpatku gewwa art imsahhra

Monday, July 25, 2005

Meta nizlet l-Id ta' Alla

The Pope Almighty
Minn: www.corriere.it

La preghiera del Papa all'Angelus domenicale a Les Combes in Val d'Aosta «Dio fermi la mano assassina dei terroristi» Davanti a 8 mila fedeli il pontefice invoca l'Onnipotente affinché converta i cuori dei terroristi «a pensieri di pace»

LES COMBE (AOSTA) - «Odio e fanatismo». Sono questi per Papa Ratzinger gli elementi da sradicare dai cuori, perché muovono i colpevoli degli «esecrandi attentati terroristici che hanno causato morte, distruzione e sofferenza in vari Paesi quali l'Egitto, la Turchia, l'Iraq e la Gran Bretagna». Turbato dalle «tragiche notizie» dei nuovi attentati, Benedetto XVI affida «alla divina bontà i defunti, i feriti e i loro carì e invoca l'Onnipotente «affinché fermi la mano assassina di coloro che li hanno commessi e ne converta i cuori a pensieri di riconciliazione e di pace».

…U bhal sajjetta li taqsam l-ismewiet, nizlet l-Id ta' Alla. Qasmet l-ibhra u gabret it-terroristi minn kull kantuniera tad-dinja; ghalmithom is-sewwa u qaltilhom “morru u xerrdu l-bxara t-tajba”.

Wednesday, July 20, 2005

Meta wzint il-paranoja

Xi film ta' fantaxjenza ta' Spielberg
Il-bniedem abjad huwa ffissat u paranojiku li nies ta' gnus ohra, ghad jahkmu u jiehdu d-dinja f'idejhom. Bhal xi film ta' fantaxjenza ta' Spielberg, dawn l-aljeni, b'uzanzi u sembjanzi strambi u differenti minn taghna, ghandhom jigu minn artijiet imbiegheda, ghal raguni wahda biss. Biex jeqirduna u jahkmuna. Anke li kieku kien dak l-iskop taghhom, wiehed m'ghandux jehodha bi kbira. Wara snin ta' kolonizzazjoni, skjavitu u attitudni superjuri li l-Ewropa u l-Punent imponu fuq 'il-pajjizi aljeni', ikun biss konsegwenzjali li kieku jkunu jridu l-vendetta taghhom. Pero dak mhuwiex l-iskop ta' pajjizi bhat-Turkija li jixtiequ jissiebhu fl-Unjoni Ewropeja.

F'dinja aktar globalizzata, hija xewqa ta' kull pajjiz li jinghaqad mall-forzi l-kbar tad-dinja, bhalma hija l-Unjoni Ewropeja. L-ittra "Europe's Boundaries" ta' James George, li jghid li l-Ewropa m'ghandhiex thalli t-Turkija tinghaqad maghha minhabba l-biza li 'jikkolonizawha' u ghax mhux Kristjana, thassibni ghall-ahhar.

L-Ewropa m'ghandhiex tkun dwar lil liem alla titlob, liem religjon tipprattika, x'ikel tiekol jew x'ilbies tilbes. M'ghandhiex tkun impingija b'pinzell wiehed, b'kulur wiehed, m'ghandhiex titkellem b'lingwa wahda u tkanta b'ilsien wiehed. L-Ewropa, l-Unjoni taghha cioe, m'ghandhiex tkun monotona u m'ghandhiex tkun xenofoba. Ghandha ticcelebra d-differenzi bhala Unjoni li suppost tkun, minghajr mibgheda. Jew hekk, jew inkella ghandu jinbidel l-isem ghal Mibegheda Ewropeja. Li kieku James George kiteb dwar id-drittijiet civili kwazi inezistenti tat-Turkija, minghajr ma jsemmi l-biza li 'jikkrejaw kolonnji' (kif qal hu) gewwa l-Ewropa, jew ghax ghandhom alla differenti minn tieghu, kont nasal naqbel mieghu. Jidher pero, li l-paranoja tizen aktar mill-kwalita ta' hajjet Tork.

Tuesday, July 12, 2005

Meta hrigt bil-pjan dinji tieghi


Hadt bizzejjed hin nahseb fuq dak li gara l-Hamis li ghadda gewwa l-belt ta' Londra. Huwa tassew impressjonanti kif xi nies jaslu jiehdu hajjet bniedem. Bhallikieku mhux bizzejjed, ma nafx kif xi nies tghaddilhom minn rashom, jiehdu hajjet ghexieren ta' nies. Mhux kwistjoni ta' min huwa fir-ragun, jekk humiex it-terroristi tal-LLvant jew dawk tal-Punent, izda hadd ma ghandu jasal jiehu l-hajja ta' bniedem. U m'hemmx gustifikazjonijiet ghalfejn wiehed ghandu jmut. Il-vjolenza ma twassal ghal xejn ghajr aktar vjolenza, u dawn l-ahhar hames snin kienu prova cara ta' dan.

Bdejna bil-foreign policy Amerikana, imbaghad 9/11, imbaghad l-Afganistan, imbaghad is-suldati mejtin, imbaghad Iraq, imbaghad aktar suldati mejtin, imbaghad Madrid, imbaghad aktar civili mejtin, imbaghad Londra.

Halli nkun pro-posittiv issa u nikteb dak, illi fl-opinjoni umili tieghi, huwa mehtieg sabiex ikollna dinja ta'paci, ferh u kuntentizza.

Ir-Riforma Dinjija Tieghi:

- Rotazjoni dinjija ta' gvernijiet. Jekk il-politici ghandhom jiddikjaraw gwerra kontra gvern iehor, jew gvern ma jaqbilx ma policies ta' gvern iehor, taghmel sens illi jihfmu d-diffikultajiet li l-gvern l-iehor ihabbat wiccu maghhom. B'hekk il-gvern ta' Bush jista jmexxi ghal xahar l-Iraq, u Hussein jista' teoretikament imexxi l-Amerka ghal xahar. Bush forsi jinduna li dak iz-zejt kollu f'idejh jidher attrajenti wisq ghad-dinja tal-Punet, li tipprova taghmel minn kollox sabiex dak iz-zejt taqgha f'idejha. Hussein jintebah li m'hemmx bzonn tbezza' u toqtol in-nies biex ikollok gvern tieghek. Huwa bizzejjed li jkollok wicc ta' bahnan u pajjiz injurant. Gonzi jkun jista jmexxi l-Afganistan ghal xahar u t-Talibani jmexxu Malta ghal xahar ukoll. Din ta' l-ahhar pero taf tkun wisq ghat-Talibani li jsibu l-Malta fundamentalista z-zejjed ghall-pjaciri taghhom, waqt li Gonzi, imhabbat mad-devastazjoni fundamentalista Afgana, jinduna li forsi ha t-twemmin tieghu 'l hinn wisq.

- Olimpijadi Religjuzi. Kont ser nipproponi li jinqerdu r-religjonijiet kollha, pero m'iniex wiehed li nhobb nimponi fuq in-nies. Ghandhom isiru Olimpijadi Religjuzi sabiex il-kompetizzjoni qalila ta' bejn dawn ir-religjonijiet jibdew u jispiccaw fl-istadiums biss. Ghandhom jiccelebraw dan l-avveniment dinji flimkien, filwaqt li jissieltu sabiex jirbhu l-aktar medalji, liema medalji jissarfu f'punti Divini li joffru lil allat taghhom. Il-Kristjani jafu jibbrillaw fil-'Lancio dell'Ostia', il-Fundamentalisti fil-'Salto in Aria' u l-Lhud fil-'Lancio del Martello' (dak li sallab lil Kristu).

- Energija Alternattiva. Hemm min, bhal Beppe Grillo, jargumenta illi l-parti l-kbira tal-problemi tad-dinja nholqu minhabba z-zejt. U jien nasal naqbel mieghu. Iz-zejt qed imexxi d-dinja tekno-industrijalizzata. Aktar zejt ifisser aktar produzjoni u aktar produzjoni ifisser aktar profitti. Ghalhekk il-bniedem wasal joqtol lil huh ghal bir taz-zejt. Hemm bzonn illi nintefghu b'ruhna u gisimna f'ricerka ghall-alternattiva ghaz-zejt. Nistghu perezempju, ma nibghatux space shuttle fl-spazju u minflok ninvestu f'ricerka. Sakemm insibu mod iehor kif nipproducu, il-kapijiet ta' l-istati jistghu jirkbu rota mqabbda ma dynamo u jibdew jaqdfu. Kull qatra tghodd.

Nibdew minn hemm imbaghad naraw.

Wednesday, June 29, 2005

Meta ma ftahtx l-ombrellone

L-escargot Parigini
L'ombrellone ma kellix ghalfejn nifthu. Infatti t-thabbir tat-temp kien kompletament fazul. Xemx tizreg fuq il-monumenti ta' Franza, tahraqlek il-gilda waqt li tixrob Bordeaux abjad mall-mahbuba u tiekol ghazla ta' gobon. Parigi huwa post fejn ghandi mmur mitt darba ohra qabel ma l-kobor ta' l-arkitettura, l-isbuhija ta' l-arti u t-toghma bnina tal-gastronomija Franciza ma jibqawx jimpressjonawni. Dik hija l-vaganza li kelli bzonn.

Li ma kellix bzonn pero, huwa x-xoghol. Id-dokumenti li sibt fuq l-skrivanija tieghi bil-memos fuqhom, l-ucugh Inglizi, l-atmosfera "angljana" (jekk tezisti din il-kelma) li sibt ruhi fiha dalghodu hekk kif irfist fl-ufficju. U anqas kont qed niftakar ghalfejn ridt nitlaq mix-xoghol, pero dlonk intbaht b'dak li minnu kont qed nghaddi kuljum, ghal kwazi ghaxar xhur shah.

Pero bizzejjed dwar ix-xoghol u nibdew nahsbu fil-vaganza li jmiss.

Thursday, June 23, 2005

Meta ftaht l-ombrellone

La nuvola dell'operaio
Ilbierah hadtha 'sick'. Mhux vera kont sick, imma ntbaht kmieni filghodu illi qatt ma kont hadt wahda sick u allura tkun hasra li kieku kelli nitlaq mill-post tax-xoghol minghajr qatt ma zanzant wahda.

Affarijiet li ghamilt ilbierah:
- Breakfast. Zewg zalzettiet, tlitt bicciet bacon, zewg bajdiet, pinta halib.
- Nittanta x-xemx ghaddejja. 'Deckchair' fil-gnien, zaqq fix-xemx (ghal pjacir tal-gara x-xieha), ktieb ma gembi li ma qrajtx, u raqda ta' siegha.
- Ezercizzju. Set tal-hamsin 'bench press', tliet settijiet ta' l-erbghin, nixxuttja ballun zghir.
- Preparamenti ghall-ikla. Erbgha patatiet maqsumin f'salib, kemm kemm jidhlu ftit tewmiet, dilka ta' butir u trembil fil-fojl. Tewm u faqqiegh imqatta', laham marinat.
- Siesta. Saghtejn f'idejn Morfeu.
- Televizjoni. Mistoqsijiet u twegibiet tal-Parlament Ingliz. Wimbledon.

Ma kinietx gurnata produttiva, izda wahda mehtiega, sabiex inkun imserrah ghal vaganza tieghi ta' Parigi, li jkolli nghid, qed nistenna bil-herqa. It-temp li huwa mistenni Parigi, huwa denn tal-Bollettino. Temp sabih il-gimgha kollha. Il-Gimgha xita, Sibt u Hadd raghad, u t-Tnejn xita. It-Tlieta (meta ma jkunx ghadu jinterressani t-temp Parigin) terga tohrog ix-xemx. Zigliani, fil-'pagelle' tieghu kien jghid: "Ombrellone!".

Tuesday, June 21, 2005

Meta sirt gurnalist sportiv

Nerga ninsab ix-xoghol u bhal kuljum ma nafx x'naqbad naghmel. Tifhmunix hazin. Mhux ghax m'ghandix x'naghmel, anzi, ghandi hafna x'naghmel kieku, imma m'ghandix aptit naghmlu. Ghidtilkom li ha nitlaq mix-xoghol nahseb. Sabiex il-hin jghaddi aktar malajr, ergajt bdejt inpejjep. Kull ma nkun qed nistenna malli tibda l-gimgha hija l-ahhar tal-gimgha. Nhar il-Gimgha sejjer Parigi sat-Tnejn ghal vaganza qasira. Verament qed niehu aktar pjacir ghax m'iniex ser inkun ix-xoghol milli ghax sejjer fl-art imwiegheda ta' l-arti, kultura u nbid.

Qed nahsibha mmurx nghix Spanja, fejn joqghodu z-zijiet u l-kugini, u l-hajja Mediterranja tixbah aktar il-hajja li jien imdorri ghaliha. Ix-xemx sirt inhobbha wisq, u kull darba li tohrog tehemzilna minn bejn l-ishab itini biex inkanta "Xemx, wisq sabiha". Anke l-bahar sirt inhobb, pero l-aktar vicin li nersaq ta' l-ilma f'dan il-post mishut huwa fil-kamra tal-banju. Ghalhekk ukoll nistenna bil-herqa li nerga lura Malta kull gimghatejn.

Dalghodu kont qed nikkorrispondi bl-e-mejl ma' Jurgen. Semmejna l-Grand Prix li saret fl-Amerka l-Hadd li ghadda, u l-farsa li nqalghet meta spiccaw telqu sitt karozzi biss minn 'l fuq minn ghoxrin karozza, minhabba li r-roti li kienu qed juzaw dawk il-karozzi li spiccaw ma hadux sehem, kellhom difett. Il-Ferrari ma ridux li tinbidel dawra minnhom biex inaqqsu l-velocita, u b'hekk perezz li lanqas riedu li jinbiddlu r-roti Michelin, spiccaw telqu dawk is-sitt karozzi li kellhom ir-roti tal-Bridgestone. Jurgen iccajta illi Xarabank kienu qed jahsbuha jaghmlux il-programm li jmiss dwar din il-grajja, pero rega' bdielhom ghax ma tantx kienu jgawdu vantagg politiku l-PN minn programm bhal dak. Allura hsibt x'kien jigri kieku t-tellieqa kienet fl-Ewropa. Missier Malta Ewropeja kien jezercita l-influenza fuq shabu l-Ewropej, Gonzi kien jirretifika l-istatut minghajr mistoqsijiet ta' xejn, u Tonio Borg, f'isem id-drittijiet umani kien idahhal ligi fil-kostituzjoni sabiex jissalvagwardja hajjet ix-xufiera - u tas-sigar li gew maqtula biex isiru dawk ir-roti, zied Jurgen.

Tuesday, June 14, 2005

Meta wasalt pass il-boghod mit-Tazza tad-Dinja

Kien temp sabih ilbierah wara li morna lura d-dar. Williams sfidani ghal loghba futbol wan-on-wan (sic.) u jien htaft l-opportunita. Ilbist ix-xorts inkallat (qatt ma hsiltu mindu xtrajtu), inzajt bit-t-xirt ta' l-abandorado, u erhejtilha lejn il-grawnd (li fil-verita ma kien grawnd xejn, izda gnien ta' forsi tmien metri kwadri - ahjar mix-xejn). Ghaddew biss ftit sekondi qabel ma skurjajt l-ewwel gowl tieghi. Fraht modestament. Kont kalm iz-zejjed u ma kellix il-kuncentrazjoni mehtiega biex nassigura r-rizultat. Williams sab tlitt gowls mix-xejn. Tlieta b'wiehed - tmiem l-ewwel taqsima.

Biddilna naha, u tbiddlet wicc il-loghba. Ghollejt il-ballun minn fuq ras Williams, il-ballun bies il-lasta x-xellugija u baqa diehel biex jaghmel ir-rizultat tlieta bi tnejn. Ftit minuti wara, nisraq il-ballun minn taht imnieher Williams, indur fuq il-ballun b'mija u tmenin grad, nahrab mall-wisa' tal-grawnd u inrekken il-ballun fix-xibka. Tlieta bi tlieta.

Rimonta storika, partitarji eztatici, u l-eletricita' tal-loghba bdiet tinhass fuq il-haxix. Battalja ghall-ballun f'nofs il-grawnd. B'antagonismu ggilidt ghal l-isfera filwaqt li Williams, bla ebda kuncett ta' sportivita`, taghni erba' daqqiet ta' minkeb. Nistrieh hazin fuq sieqi x-xellugija u tinstema' tfaqqiegha ma' l-erba' irkejjen tal-grawnd. Skiet sahhar il-grawnd. L-ugiegh stajt taqrah minn fuq wicc l-ispettaturi. L-ghadma ta fuq l-ghaksa donna cediet u ntlewiet. Ippruvajt inkompli, pero kont imgieghel nirtira biex nissalvagwardja l-futur kalcistiku tieghi.

L-istorja mhix fidila lejn ir-realta`, pero nixtieq li l-grajja marret xi haga hekk. Ghax fil-medjokrita` tal-hajja tkun trid li dak li jigrilek minn jum ghal jum, jigrilek b'mod drammatiku, kwazi Hollywoodjan. Biex forsi tattira aktar attenzjoni u ta' madwarek jistghagbu u jaghtu kazek.